Mur għall-kontenut ewlieni
Il-Kummissjoni Ewropea
Vertical and horizontal screens on a wall displaying photos of different people, with a screen in the shape of the Berlaymont building in the back corner.
Ċentru tal-wirjiet Experience Europe

Perspettiva unika dwar l-Ewropa

Dwar Experience Europe

Experience Europe hi l-wirja permanenti fi Brussell fejn tista’ ssir taf dwar il-ħidma ewlenija, il-prijoritajiet u l-politiki tal-Kummissjoni Ewropea u dwar il-valuri tal-UE f’ambjent divertenti u interattiv. Tinsab fir-roundabout Schuman, fil-qalba taż-żona Ewropea fi Brussell u hi miftuħa sebat ijiem fil-ġimgħa.

Permezz ta’ stazzjonijiet ta’ komunikazzjoni b’temi differenti, se jkollok l-opportunità li:

  • tiltaqa’ mal-President tal-Kummissjoni f’ambjent virtwali
  • tivvjaġġa lejn postijiet fejn il-Kummissjoni hi attiva permezz ta’ esperjenza ta’ realtà virtwali immersiva
  • tagħmel żjara virtwali tal-binja ikonika tal-Berlaymont
  • issegwi l-Kummissjoni Ewropea fuq il-media soċjali
  • tieħu sehem fil-logħob u ttejjeb l-għarfien tiegħek dwar l-UE fi “Play Europe”
  • ittemm iż-żjara tiegħek bi tbissima u ritratt ta’ tifkira

Experience Europe tilqa’ lil kulħadd biex igawdi minn din l-esperjenza unika.

Id-dħul bla ħlas.

Żur Experience Europe

Mhi meħtieġa ebda reġistrazzjoni minn qabel għal viżitaturi individwali jew gruppi ta’ anqas minn 10 persuni. 

Gruppi ta’ 10 persuni jew aktar għandhom jibbukkjaw iż-żjara tagħhom minn qabel permezz ta’ email lil Ec-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu jew bit-telefown (+32 2 29 65555) matul il-ħinijiet tal-ftuħ.

Ibagħtilna email fuq EC-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu jekk ma tistax iżżomm il-booking tiegħek u nkunu nistgħu niskedaw iż-żjara mill-ġdid.

Ippjana ż-żjara tiegħek

Experience Europe hi magħluqa f’dawn id-dati:

l-1 ta’ Jannar / l-1 ta’ Mejju / l-1 ta’ Novembru / l-24, il-25 ta’ Diċembru / il-31 ta’ Diċembru

Matul is-Summits tal-UE li ġejjin, Experience Europe se tkun miftuħa biss għal gruppi rreġistrati minn qabel (ara t-taqsima “Żur Experience Europe”) fid-dati li ġejjin:

is-26 u s-27 ta’ Ġunju

Il-Parkeġġ tar-Roti Qrib Experience Europe

Għall-viżitaturi li jaslu bir-rota, hemm diversi għażliet konvenjenti ta’ parkeġġ madwar ir-roundabout Schuman u qrib l-istazzjon tal-metro Schuman. Ir-racks tar-roti huma disponibbli wkoll tul Rue de la Loi/Wetstraat u Boulevard Charlemagne/Karel de Grotelaan.

Faċilitajiet

Il-Wi-Fi hu disponibbli

Aċċessibbiltà

Experience Europe hi aċċessibbli għas-siġġijiet tar-roti.

Opra tal-arti - Magħqudin fid-diversità

Kuntatt

Email
EC-experienceeurope [dot] brusselsatec [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
(+32) 2 296 5555

Informazzjoni prattika

 

The Experience Europe brochure
Enfasizzat
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 27 Marzu 2023
Experience Europe leaflet

Want to know more about the European Commission? It's easy! Download the leaflet and visit Experience Europe.

Illustrated floor plan of the Experience Europe exhibition space, showing different interactive zones including ‘Forum’, ‘We Are Europe’, ‘360 Europe’, ‘Play Europe’, ‘Smile Europe’, ‘Inside Europe’, ‘Meet the President’, and ‘Follow Europe’.
  • Pubblikazzjonijiet ġenerali
  • 25 April 2025
Plan of Experience Europe

Discover the different activities at the Experience Europe exhibition centre.

 

  • 16 SETTEMBRU 2024
Data protection notice for visitors to the European Commission